top of page
  • Writer's pictureEditor

Żewġ Novizzi jagħmlu l-Professjoni Sempliċi


Fra Jesmond Falzon OP u Fra Matthias Buhagiar OP għamlu l-ewwel professjoni reliġjużi fi ħdan l-Ordni Dumnikan f'idejn il-provinċjal, P. Vince Micallef OP, nhar is-7 ta' Settembru 2023 fil-Knisja ta' Sidtna Marija tal-Għar u San Duminku fir-Rabat.


Fra Jesmond u Fra Matthias wiegħdu li jgħixu l-voti reliġjużi, jew aħjar il-Kunsilli Evanġeliċi, tal-faqar, kastità u ubbidjenza fi tmiem is-sena tan-novizzjat li għaddewha ġewwa l-Kunvent ta' Santa Marija delle Grazie f'Milan.


Il-wegħdiet reliġjużi huma l-għotja sħiħ, jew il-konsagrazzjoni, tal-persuna sħiħa lil Alla. Permezz tagħhom il-profess jagħżel li jimita lill-Kristu bl-aktar mod sħiħ. Il-Konċilju Vatikan II qal li din il-konsagrazzjoni hija 'radikata profondament fil-konsagrazzjoni tal-magħmudija u toħroġha aktar fid-dieher b'mod sħiħ' (Perfectae Caritatis, 5).


Nitolbu għal dawn l-aħwa u għal aktar vokazzjonijiet Dumnikani.


Tixtieq tiskopri aktar is-sejħa Dumnikana? Kellimna: vocations@opmalta.org



Ritratti: Roderick Agius - The Call Ministries

Post: Blog2_Post
bottom of page