top of page

Fra Jan Gauci jirċievi l-ilbies ta' San Duminku

  • Writer: Editor
    Editor
  • Oct 1
  • 1 min read
ree

ree

Nhar il-Ħadd, 28 ta' Settembru 2025, kienet ġurnata sabiħa għall-Familja Dumnikana Maltija hekk kif Fra Jan Gauci rċieva l-ilbies ta' San Duminku fil-Knisja ta' Santa Maria delle Grazie, huwa u jibda s-sena tan-novizzjat. Għal din l-okkażjoni kien hemm preżenti l-Provinċjal, P. Vince Micallef OP, li ta l-abitu tal-Ordni lil Fra Jan, kif ukoll is-Surmast tal-Provinċja tagħna, Fra Llewelly Muscat OP.


Ma' Fra Jan hemm għadd ta' novizzi oħrajn mit-tliet provinċji Dumnikani Taljani u mill-Provinċja Dumnikana tal-Brażil.






ree

Kien hemm ukoll preżenti l-istudent tal-Provinċja tagħna, Fra Matthias Buhagiar u Fra Kieran Cassar, li telgħu għall-okkażjoni minn Bolonja.


In-novizzjat huwa riflessjoni u introduzzjoni fil-ħajja, l-ispiritwalità u l-istorja tal-Ordni Dumnikan. Matul dan iż-żmien in-novizz jesperjenza aktar fil-qrib il-ħajja tal-komunità filwaqt li jkompli jiskopri s-sejħa tiegħu.



Comments


Post: Blog2_Post
bottom of page