top of page
IMG_0220 (1).JPG

L-ISTUDJU

Kitba ta' P. Joseph Ellul

Saint_Augustine_-_Tomas_Giner.png

Å»omm quddiem għajnejk l-eżempju tat-tagħlim sħiħ li smajt mingħandi, fil-fidi u fl-imħabba li huma fi Kristu Ä esù. Ħares bl-għajnuna tal-Ispirtu s-Santu li jgħammar fina t-teżor sabiħ li kien fdat f’idejk.

(2 Tim. 1:13)

 

 

L-Ordni tal-Predikaturi huwa Ordni ta’ nies mgħallma fil-veritajiet tal-fidi u f’dawk ix-xjenzi li jwasslu għat-tixrid tal-Bxara t-Tajba u s-salvazzjoni tal-erwieħ. L-importanza li kiseb l-istudju fi ħdan l-Ordni matul iż-żminijet hija xhieda ta’ kemm huwa jieħu bis-serjetà u r-responsabbiltà l-missjoni afdata f’idejh. Iżda l-ħtieÄ¡a tal-istudju għandha l-għeruq tagħha fl-ambjent li fih twieled u għex San Duminku kif ukoll iÄ‹-Ä‹irkustanzi li fihom waqqaf l-Ordni.

 

It-twelid tal-Università

            Mal-waqgħa tal-Imperu Ruman fis-sena 476 inħoloq vojt kbir fil-kultura tal-Ä¡nus tal-Ewropa. Il-monaÄ‹i ÄŠelti u Benedittini kienu jħarsu l-wirt letterarju, kulturali u reliÄ¡już kemm Grieg kif ukoll Ruman. Monasteri bħal dawk ta’ Liège, Tours, Bec, Mont Saint Michel, Salerno u Montecassino saru Ä‹entri tal-edukazzjoni. It-tagħlim fil-monasteri, iżda, kien aktarx indirizzat lejn il-kontemplazzjoni ta’ Alla permezz tal-meditazzjoni tal-Kotba Mqaddsa u tal-kitbiet ta’ Missirijiet il-Knisja. Fihom kienet tispikka l-lectio divina, il-faqar, is-skiet u l-Ä¡abra tal-kjostru

​

Bejn is-sekli ħdax u tnax seħħ qawmien kulturali u ħidma kbira fil-qasam letterarju. Bdew iseħħu wkoll żviluppi fil-ħsieb teoloÄ¡iku, fil-letteratura, fl-arti kif ukoll fl-arkitettura. Dan il-qawmien mexa pass pass mal-iżvilupp tal-ibliet u tal-kultura l-Ä¡dida li nibtet fihom. L-għalliema issa bdew ifittxu l-ibliet u taw bidu għal għaqdiet li maż-żmien żviluppaw fit-twaqqif tal-università taħt it-tmexxija ta’ kanÄ‹illier.

           

Il-kultura universitarja li nibtet fis-seklu tnax kienet differenti minn dik monastika. Issa kellek Ä¡enerazzjoni Ä¡dida fejn l-edukazzjoni bdiet titqies bħala l-muftieħ għas-suÄ‹Ä‹ess f’karriera professjonali. Għaldaqstant l-istudenti universitarji kienu differenti minn dawk li wieħed is-soltu kien isib fil-monasteri. Kienu ambizzjużi għas-suÄ‹Ä‹ess; kellhom stmerrija għat-tagħlim tradizzjonali; ħafna drabi kienu neqsin mir-rażan u kienu jimxu wara għalliema li kienu moda dak iż-żmien.

Minħabba dan kollu nibet ukoll Ä‹ertu antagoniżmu bejn it-tiftix għall-verità permezz ta’ ħajja axxetika u mistika u l-metodu tad-djalettika u d-diskors intellettwali. Il-każ tal-konflitt bejn San Bernard u Pietru Abelardu f’PariÄ¡i huwa eżempju Ä‹ar ta’ dan. Minn dan kollu joħroÄ¡ Ä‹ar li kien hemm baħar jaqsam bejn il-kunÄ‹ett u l-għan tal-istudju fi ħdan it-tradizzjoni monastika u l-iskejjel katidrali minn naħa u f’dik hekk imsejħa ‘skolastika’ li kienet tiÄ¡bor fiha l-universitajiet minn oħra.

           

Kuntrarju għall-ħajja monastika dik universitarja ma kienet toffri ebda kenn fejn jidħol l-għarbiel tal-ħsieb. Hija kienet tilqa’ ideat minn kull fejn dawn kienu jinbtu u la kellha s-setgħa u lanqas ir-rieda li twaqqafhom. Fi kliem ieħor, f’dawn iż-żewÄ¡ sekli qamet rivoluzzjoni intellettwali sħiħa.

           

Ir-rebħiet tal-Insara fi Spanja fetħu t-triq biex it-tagħlim u l-għerf tal-Għarab IslamiÄ‹i f’kull qasam ta’ xjenza issa beda jidher fl-Ewropa tal-Punent. Bdew jinqalbu għal-Latin ix-xogħlijiet tagħhom fil-qasam tal-mediÄ‹ina, tal-matematika, tal-astronomija u l-aktar tal-filosofija. Fuq kollox dawn il-kitbiet filosofiÄ‹i kienu interpretazzjoni tal-ħsieb ta’ Platun, ta’ Aristotli flimkien ma’ dawk ta’ Plotinu u l-IstojÄ‹i. Dawn xterdu mal-universitajiet u Ä‹-Ä‹entri ta’ tagħlim tal-kontinent Ewropew.

           

Sal-1210 il-kitbiet filosofiÄ‹i tal-ħassieba IslamiÄ‹i kienu diÄ¡à bdew jintużaw fl-universtitajiet ta’ PariÄ¡i u ta’ Napli. PariÄ¡i malajr saret iÄ‹-Ä‹entru intellettwali tal-Kristjaneżmu bħala skola internazzjonali tal-filosofija, tat-teoloÄ¡ija, u tal-Iskrittura. Ideat Ä¡odda bdew jitħaddnu mingħajr ma dawn jgħaddu mill-għarbiel kritiku tal-moħħ. Dan kollu kien tabilħaqq xokk kulturali għas-soÄ‹jetà u għall-Knisja fil-Medjuevu. Mhux biss bdew jgħallmu xogħlijiet ta’ ħassieba pagani, imma dawn l-istess xogħlijiet waslu fl-Ewropa Nisranija permezz ta’ ħassieba IslamiÄ‹i, meqjusin bħala infidili. Din il-problema, bħalma għad naraw aktar tard, kellu jaffrontaha bis-sħiħ San Tumas.

           

Min-naħa l-oħra kien hemm l-università ta’ Bologna li kienet ilha rivali ta’ dik ta’ PariÄ¡i. Hija kellha tradizzjoni differenti u tip differenti ta’ organizzazzjoni. Kienet Ä‹entru internazzjonali tal-istudju tal-LiÄ¡i Rumana. Fihom kienu jistudjaw dawk li aktar tard kellhom ikunu l-mexxejja tal-istati kif ukoll il-Ä¡uristi li kellhom ifasslu l-liÄ¡ijiet Ä‹ivili. Aktar tard daħal ukoll l-aspett ekkleżjastiku: l-istudju tad-Dritt Kanoniku, il-liÄ¡ijiet li fuqhom titħaddem u titmexxa l-istruttura tal-Knisja. Minnha ħarÄ¡u nies li aktar ’il quddiem mexxew riformi kbar fil-Knisja bħall-Papa Alessandru III u l-Papa InnoÄ‹enz III.

 

San Duminku u l-moviment universitarju

           

F’dan iż-żmien ta’ ferment intellettwali u kulturali San Duminku kien il-ħin kollu jivvjaÄ¡Ä¡a bejn Franza u l-Italja. Huwa nnifsu kellu esperjenza ta’ ħajja intellettwali. Huwa studja l-filosofija u t-teoloÄ¡ija f’Palencia, li fil-bidu tas-seklu tlettax saret università.

           

Fil-15 t’Awwissu 1217 huwa xerred l-ewwel komunità Ä‹kejkna ta’ predikaturi. Minn madwar sittax li kienu huwa bagħat erbgħa lejn Spanja u sebgħa lejn PariÄ¡i. Hawnhekk bdew iħaddnu l-Ordni l-ewwel studenti bħall-Beatu Ä ordan ta’ Sassonja li, bħalma semmejt aktar qabel, inħatar warajh bħala mexxej tal-Ordni u li hu nnifsu jikteb li kien iqerr għandu.[1] Miegħu ta’ min isemmi l-Beatu Enriku ta’ Maastricht.

           

Fis-sena ta’ wara tnejn minn dawk li kienu Spanja flimkien ma’ tnejn oħra li kienu PariÄ¡i telqu lejn Bologna. Magħhom ingħaqad il-kanonista ReÄ¡inald ta’ Orleans li kien iltaqa’ ma’ San Duminku Ruma. Għalhekk sa mill-bidu l-Ordni tal-Predikaturi rnexxielu jilqa’ fi ħdanu l-moviment universitarju.

Ta’ min jistaqsi hawnhekk x’Ä¡iegħel lil San Duminku jixħet ħarstu lejn dan il-moviment. Forsi wieħed jista’ jipproponi tliet raÄ¡unijiet ewlenin:

  1. Huwa għaraf il-ħtieÄ¡a tat-tagħlim għall-Aħwa Predikaturi. Huwa ried li jinfetħu għall-movimenti kulturali u intellettwali ta’ żmienhom.

  2. San Duminku għaraf ukoll il-ħtieÄ¡a li ma jillimitax l-għan tal-Ordni għal sempliÄ‹i Ä¡lieda kontra l-ereżija. Huwa ried li l-Ordni joħloq djalogu ħaj mas-soÄ‹jetà u mal-kultura ta’ żmienu u ta’ kull żmien.
     

Huwa għaraf ukoll il-ħtieÄ¡a tal-istudju bħala pont bejn il-fidi u l-kurrenti soÄ‹jali, kulturali u intellettwali ta’ żmienu. B’hekk l-għan tal-Ordni seta’ jkun wieħed tabilħaqq universali.

  1. San Duminku kellu wkoll il-kuraÄ¡Ä¡ li jippreżenta lill-professuri u lill-istudenti universitarji ta’ żmienu l-akbar sfida ta’ ħajjithom: li l-ambizzjoni tagħhom li jilħqu u jagħmlu karriera fis-soÄ‹jetà jdawruha u jbiddluha f’ambizzjoni li jsalvaw lilhom infushom u li jirbħu oħrajn għal Kristu permezz tal-grazzja tal-predikazzjoni. Din hija l-ogħla sejħa li qatt jista’ jÄ¡arrab il-ħsieb tal-bniedem.

 

L-istudju bħala l-mezz ewlieni tal-predikazzjoni

San Duminku minn dejjem saħaq dwar il-ħtieÄ¡a tal-istudju. Waqt li kienu għadhom Toloża huwa bagħat lill-Aħwa biex jattendu l-klassijiet tat-teologu Ingliż Alexander Stavensby li kien qiegħed jgħallem fl-iskola katidrali ta’ dik il-belt. Għal dan il-għan ukoll, jikteb il-Beatu Ä ordan ta’ Sassonja, meta l-isqof Foulques ta’ Toloża afdalu l-knisja ta’ Saint Romain, “malajr inbena kjostru, b’Ä‹elel tajbin biżżejjed għall-istudju u għall-irqad fis-sular ta’ fuq”.[2] Il-ħsieb tiegħu ma kienx li l-Aħwa juru kemm huma għorrief u kemm jafu ħwejjeÄ¡ imma li l-istudju jservi bħala għodda għall-predikazzjoni tal-Kelma ta’ Alla, biex din tal-aħħar titfisser kif għandu jkun għall-Ä¡id u għas-salvazzjoni tal-erwieħ. Id-Dumnikan ma jistudjax biex ikun intelliÄ¡enti imma biex isalva l-erwieħ.

​

Hawnhekk xieraq li nsemmu dak li kiteb Ugo ta’ Saint Cher fil-Postilla super Genesim huwa u jikkummenta fuq Ä enesi 9:13. Huwa jżid glossa (nota) maÄ¡enb il-kelma arcus (qaws): Arcus tenditur in studio, postea sagittatur in praedicatione (l-ewwel jinÄ¡ibed il-qaws bl-istudju, imbagħad tintelaq il-vleÄ¡Ä¡a bil-predikazzjoni). Din l-allegorija saret tfisser il-qawwa tal-istudju li juri t-triq li għandha tieħu l-predikazzjoni fil-għamliet kollha tagħha, sew jekk titwassal minn fuq il-pulptu jew permezz tal-kitba u sew jekk tidher fl-affreski u fil-korali minjati jew fil-mużika. Huwa permezz tal-istudju li jitħarrÄ¡u l-predikaturi biex iwasslu l-Bxara t-Tajba tas-salvazzjoni, jerfgħu l-qlub lejn Alla, iħabbuhom ma’ Alla permezz tas-sagrament tal-Penitenza, u jqaddsuhom permezz tal-Ewkaristija.

​

Ta’ min jgħaqqad dan il-punt ma’ dak li nsibu miktub fl-Atti tal-Kapitlu ProvinÄ‹jali tal-2009:

 

L-istudju huwa dimensjoni integrali fil-ħajja tagħna. Huwa jippermetti l-iżvilupp tal-potenzjal tal-persuna u jtejjeb il-kwalià tat-tħejjija li kull wieħed minna għandu jistinka għaliha biex ikun katekist u predikatur tajjeb. Huwa għodda li jgħinna niskopru l-orizzonti Ä¡odda ta’ dak li fih nistqarru l-fidi tagħna. Huwa indispensabbli biex b’umiltà kbira  nħarsu lejn il-kumplessità tal-esperjenza umana u lejn il-misteru ta’ Alla. Filwaqt li l-poplu t’Alla jħares lejna għal direzzjoni, aħna għandna wkoll nuruh li qegħdin f’pellegrinaÄ¡Ä¡ ta’ fidi nfittxu li ngħixu dak li Alla jrid minna skont il-vokazzjoni tagħna. Din il-mendikanza spiss hija nieqsa mill-predikazzjoni tagħna. L-umiltà u l-ubbidjenza huma sinjal tal-maturità tal-għaref.[3]

 

F’dan il-kuntest ta’ min isemmi li San Duminku ried li l-għatx għall-istudju jkun imsoqqi bit-talb. Biex inkun aktar Ä‹ar, huwa ried li l-istudju jkun talba u t-talb ikun studju. Huwa għaraf li l-Kelma ta’ Alla trid tinqara bl-umiltà, b’qalb miftuħa u b’fidi ħajja li tidħol fil-qalba tal-misteru tal-imħabba ta’ Alla. Għall-Predikatur, bħal fil-każ tal-Profeta, l-ewwel mistoqsija li jrid jagħmel mhijiex “x’sa ngħid?” imma “x’inhu jgħid Alla?”, u mbagħad: “X’iridni ngħid Alla?” L-istudju jmur id f’id mas-smigħ tal-Kelma; jitlob is-skiet aħna u nistennew il-Kelma ta’ Alla tiÄ¡i żżurna. B’hekk biss inkunu nistgħu tabilħaqq nippritkaw u ngħallmu.

​

San Duminku nnifsu kien jistudja t-test tal-Iskrittura, kien jagħti qima lill-Kelma ta’ Alla, u kien jidħol fil-qalba tal-messaÄ¡Ä¡ tagħha permezz tat-talb u tal-meditazzjoni. Huwa għalhekk li fuq l-eżempju ta’ dan il-qaddis, id-Dumnikan iħaddan il-prin‰ipju li min jistudja tajjeb jitlob tajjeb ukoll, u min jitlob tajjeb jistudja tajjeb. Aktar ma tistudja l-Kelma ta’ Alla aktar titħeÄ¡Ä¡eÄ¡ fit-talb, u aktar ma titħeÄ¡Ä¡eÄ¡ fit-talb aktar tkun trid tagħraf lil Alla permezz tal-istudju tal-Kelma tiegħu. Dan il-ħsieb insibuh imfisser b’mod tassew sabiħ u qawwi f’allocutio li kien għamel il-Papa Pawlu VI lill-Kummissjoni PonifiÄ‹ja Biblika nhar l-14 ta’ Marzu 1974. Filwaqt li fakkar li Alla juri lilu nnifsu lil min hu Ä‹kejken u umli u mhux lil min hu għaref u lil min jifhem, huwa kkwota din is-silta mill-isbaħ minn Santu Wistin:

 

Lill-istudjużi tal-Kotba Mqaddsa, kotba li jistħoqqilhom tant Ä¡ieħ, inwissihom biex jitgħallmu l-modi tad-diskorsi tal-Iskrittura u kif tużahom, u mhux biss isiru jafuhom sewwa u jżommuhom f’moħħhom, imma wkoll fuq kollox u l-aqwa ħaÄ¡a jitolbu li jkollhom ħila jifhmuhom.[4]

​

Orent ut intelligant. Il-Kotba Mqaddsa jeħtieġ li jkunu mhux biss kotba li nistudjaw dwarhom u fuqhom, imma wkoll kotba li nitolbu bihom u permezz tagħhom.

 

L-istudju fl-ewwel żminijiet tal-Ordni

Ta’ min hawnhekk jieqaf ftit u jikkunsidra l-orjentament Ä¡enerali u l-politika edukattiva tal-Ordni minn żmien San Duminku sal-mewt tal-Beatu Ä ordan. L-Ordni tagħna jiftaħar bi tradizzjoni intellettwali kbira, u din it-tradizzjoni hi msaħħa mill-fatt li bħalma rajna aktar ’il fuq, il-biÄ‹Ä‹a l-kbira ta’ dawk li saru Dumnikani fi żmien San Duminku nnifsu Ä¡ew mill-ambjent universitarju. Aħna magħrufin li konna fuq quddiem f’dak li għandu x’jaqsam mal-movimenti filosofiÄ‹i tas-seklu tlettax u li nies bħal Sant’Albert u San Tumas huma l-prova tal-viżjoni progressiva tal-Ordni. Imma l-proÄ‹ess li minnu għadda l-Ordni biex wasal għal dan juri li r-rabta bejn l-Ordni u l-istudju tal-filosofija u x-xjenzi l-oħra kien fih bosta sfumaturi.

           

Ordni li l-fundatur tiegħu kien diÄ¡à ħadha kontra l-ereżija u li issa twaqqaf biex ixandar, ixerred u jiddefendi l-fidi ortodossa[5] għandu kull interess li jkun ortodoss fit-tagħlim tiegħu. Fl-ewwel snin tal-Ordni l-istudju kien limitat għat-teoloÄ¡ija, dak li San Pawl sejjaħlu “it-tagħlim sħiħ”,[6] “it-tagħlim tajjeb”,[7] jew “it-tagħlim skont it-tjieba”.[8] F’dan kollu wieħed jara l-eżempju tal-Qaddis Fundatur innifsu. San Duminku ħa l-edukazzjoni tiegħu fl-arti liberali f’Palencia. Imma, bħalma jistqarr il-Beatu Ä ordan:

 

… meta mbagħad deherlu li kien tgħallem biżżejjed, ħalla dak it-tagħlim għax beża’ li ma kien sa jiswielu xejn għall-ħtiÄ¡ijiet ta’ dak iż-żmien, u nxteħet fuq l-istudju tat-teoloÄ¡ija. Huwa mtela b’xewqa liema bħalha għall-Iskrittura Mqaddsa li ħassha oħla għal fommu. F’dawk l-istudji mqaddsa għadda erba’ snin; il-perseveranza tiegħu u l-għatx li kellu biex jixrob mix-xmajjar tal-Kotba Mqaddsa kienu hekk kbar li kien jgħaddi kważi ljieli sħaħ bla ma jorqod u bla ma jegħja jistudja.[9]

 

           

Aktar tard, bħala kanonku regulari f’Osma, huwa daq it-teoloÄ¡ija monastika tradizzjonali u huwa nnifsu sar magħruf għall-kontemplazzjoni tal-Bibbja, l-aktar tal-EvanÄ¡elju skont San Mattew u tal-Ittri ta’ San Pawl. Jingħad li kien iÄ¡orrhom il-ħin kollu miegħu u kien jafhom bl-amment.[10]

​

Dettall mhux ta’ min jittraskurah insibuh fil-Vitae Fratrum ta’ Ä erard Frachet fejn hu rrakkuntat dan l-inÄ‹ident:

 

Wieħed student, wara li sema’ l-imqaddes Missierna San Duminku jagħmel prietka mill-aħjar, staqsieh f’liema kotba kien jistudja, l-aktar billi semgħu jfisser il-Kotba Mqaddsa kif kien iħobb hu. WieÄ¡bu l-bniedem qaddis: “Ibni, jiena studjajt fil-ktieb tal-imħabba aktar milli fi ktieb ieħor; għax dan il-ktieb jgħallem kollox.”[11]

 

           

Ä ibt dan l-eżempju biex nuri li seta’ kien hemm ukoll Ä‹ertu biża’ minn xi wħud fl-Ordni li xtaqu li jkun hemm Ä‹ertu rażan fl-istudju li ma jmurx dan iwassal biex jitqies għan fih innifsu u b’hekk inissel is-suppervja.

           

Barra minn hekk, billi l-Ordni tal-Predikaturi twaqqaf bħala Ordni klerikali, huwa kellu joqgħod għad-direttivi tad-Dritt Kanoniku ta’ żminijietu dwar il-formazzjoni tal-kleru. Meta Ä¡ew biex ifasslu l-Ewwel Kostituzzjonijiet tal-Ordni fl-1220 l-Aħwa miÄ¡bura għall-ewwel Kapitlu Ä enerali li sar f’Bologna għamlu Ä‹erti limiti għal dak li għandu x’jaqsam mal-programm edukattiv tal-Ordni:

 

L-istudenti m’għandhomx jistudjaw il-kotba tal-pagani u tal-filosfi, għalkemm jistgħu jifluhom ftit. M’għandhomx jissuktaw isegwu x-xjenzi sekulari, u l-anqas l-arti hekk imsejħa liberali, imma kemm l-Aħwa żgħażagħ kif ukoll ukoll il-bqija għandhom jaqraw biss kotba tat-teoloÄ¡ija.[12]

​

Il-projbizzjoni tal-qari tax-xogħlijiet tal-pagani kienet diÄ¡à tinsab fid-Digrieti ta’ Grazjanu,[13] filwaqt li dik tal-qari tax-xogħlijiet tal-filosfi kienet tirrifletti r-restrizzjonijiet li kienu jeżistu f’dawk iż-żminijiet dwar it-tagħlim li kien jingħata fl-universitajiet. Għal dak li għandu x’jaqsam max-xjenzi sekulari u mal-arti liberali, dawn kienu jirriflettu l-leÄ¡islazzjoni tal-Knisja fis-sekli tnax u tlettax. Interessanti f’dan il-kuntest huwa l-verb “jissuktaw”. Ħafna mill-Aħwa kapitulari kienu diÄ¡à mħarrÄ¡a fl-arti liberali, u magħhom għandu jingħadd San Duminku nnifsu. Il-ħsieb tagħhom kien li juru b’mod Ä‹ar li t-teoloÄ¡ija kienet Ä‹entrali għall-proÄ¡ett spiritwali u edukattiv tal-Ordni bħala istituzzjoni u tal-membri tiegħu bħala kjeriÄ‹i.

           

Imma dan ma waqqafx id-dibattitu fi ħdan l-Ordni, l-aktar minħabba li l-biÄ‹Ä‹a l-kbira tal-professuri u tal-istudenti universitarji li bdew jidħlu kienu mħarrÄ¡in fl-arti liberali u fil-filosofija. Ħafna kienu dawk li bdew jisħqu fuq il-ħtieÄ¡a tal-istudju tal-arti liberali u tal-filosofija naturali bħala għajnuna għall-istudju tat-teoloÄ¡ija. Dan kollu wassal biex fil-kapitlu Ä enerali tal-1228 saret emenda fil-Kostituzzjonijiet li kienet tgħid li l-istudenti Dumnikani ma kellhomx isegwu x-xjenzi sekulari u l-anqas l-arti liberali “sakemm kultant f’xi każjiet jew il-Majjistru tal-Ordni jew il-Kapitlu Ä enerali ma jiddispensawx mod ieħor”.[14] Din il-klawsola miżjuda ħalliet il-bieb miftuh għall-iżviluppi li kellhom iseħħu aktar tard, u dan bis-saħħa tal-użu tad-dispensa fl-interess tal-istudju. Id-dħul tad-dispensa għal raÄ¡unijiet ta’ studju nsibuh fl-ewwel Kostituzzjonijiet tal-Ordni. L-Aħwa Kapitulari ħadu din id-drawwa mingħand il-Premonstratensi. Permezz ta’ klawsoli mqiegħda apposta l-prijuri ngħataw il-permess li jbiddlu l-ħin li fih kien isir ta’ kuljum il-kapitlu tal-ħtijiet; xi minn daqqiet setgħu ukoll iwarrbuh għal kollox minħabba raÄ¡unijiet akkademiÄ‹i. L-istess kien japplika għall-preÄ‹etti tas-sawm u tal-astinenza li setgħu jinbidlu jekk dawn kienu jxekklu l-ħidma tal-predikazzjoni. Min-naħa l-0ħra, it-traskuraÄ¡ni fit-tagħlim u fil-predikazzjoni kienu meqjusa bħala ħtijiet gravi li kienu jitolbu pieni ħorox.

           

Wieħed minn dawk li taw kontribut kbir biex jinbeda dan il-proÄ‹ess ta’ żvilupp fil-leÄ¡islazzjoni tal-Ordni kien Rolandu ta’ Cremona. Dan diÄ¡à kien magister atrium u reÄ¡Ä¡ent fil-Fakultà tal-MediÄ‹ina ta’ Bologna meta ngħaqad mal-Ordni u għalhekk kien strumentali biex l-Aħwa Predikaturi jħarsu lejn it-tagħlim ta’ dawn ix-xjenzi minn perspettiva aktar infurmata. Fil-kitbiet tiegħu huwa jeżamina r-rabta bejn it-teoloÄ¡ija u x-xjenzi l-oħra. Huwa jistqarr li l-imgħallem fit-teoloÄ¡ija m’għandux jgħallem fil-pubbliku sakemm ma jkunx imħarreÄ¡ sew fil-filosofija, b’mod partikulari fil-loÄ¡ika, li ma jmurx jiyqarraq b’argumenti foloz. Huwa jasal biex jistqarr ukoll li l-istess imgħallmin fit-teoloÄ¡ija għandhom ukoll jitħarrÄ¡u fil-mediÄ‹ina, minħabba l-allegoriji u t-tagħlim morali li jitwassal mill-proprjetajiet tal-affarijiet.[15] Fil-kitbiet tiegħu Rolandu ta’ Cremona jimxi fuq it-tagħlim ta’ Tolomew kif ukoll ta’ Aristotli filwaqt li jikkritikahom fejn iqis li huma fl-iżball, bħalma jikkritika l-filosfi ta’ żmienu meta dawn jimxu wara l-filosofija antika u jwarrbu t-tagħlim tal-Iskrittura. Huwa kien ukoll minn tal-ewwel li għaraf li mhemmx neÄ‹essarjament kontradizzjoni bejn iż-żewÄ¡ strumenti tad-diskors teoloÄ¡iku, jiÄ¡ifieri l-auctoritas tal-Bibbja u r-ratio tal-filosofja. It-tnejn huma meħtieÄ¡a.

           

Dan l-atteÄ¡Ä¡ament issaħħaħ bis-suÄ‹Ä‹essi li kien qiegħed jikseb il-Beatu Ä ordan f’dak li għandu x’jaqsam ma’ dħul ta’ membri Ä¡odda fl-Ordni li qabel kienu studenti jew professuri fix-xjenzi sekulari jew fl-arti liberali fl-universitajiet ta’ Padova u ta’ Oxford.[16] Interessanti wieħed jara din l-osservazzjoni tal-istess Beatu Ä ordan u li nsibu mniżżla fil-Vitae Fratrum:

 

Darba staqsewh il-għala dawk li jistudjaw il-għerf tad-dinja u l-filosofija jidħlu aktar malajr fl-Ordni, filwaqt li t-teoloÄ¡i u l-kanonisti jdumu jaħsbuha; u hu wieÄ¡eb: “… l-istudenti tal-filosofija li l-Ä¡imgħa kollha jixorbu l-ilma ta’ Aristotli u tal-filosfi l-oħra, meta nhar ta’ Ħadd jew f’xi festa jduqu l-kelma qawwija ta’ Kristu u tal-predikaturi tiegħu, minnufih jiskru bl-inbid tal-Ispirtu s-Santu, u lil Alla jagħtuh mhux biss kulma għandhom, iżda wkoll lilhom infushom.
Imma t-teoloÄ¡i dawn il-ħwejjeÄ¡ sikwit jisimgħuhom, u għalhekk lilhom jiÄ¡rilhom kif jiÄ¡ri lis-sagristan, li billi jgħaddi bosta drabi minn quddiem l-altar, ftit juri qima lejh u sikwit jagħtih dahru, filwaqt li ħaddieħor jiltewa bil-qima quddiemu.”[17]

​

           

Dan il-proÄ‹ess ta’ żvilupp fil-ħsieb u fil-viżjoni ta’ kif l-Ordni għandu jwettaq il-missjoni tiegħu huwa xhieda ta’ dibattitu ħaj u mqanqal kif ukoll ta’ dinamiżmu kbir fil-ħajja interna tal-Ordni. Dan id-dibattitu li wassal l-Ordni fl-arjopagu tal-ħajja akkademika jinsab inkarnat fil-ħajja u fil-ħidma ta’ San Tumas t’Aquino u l-mod ta’ kif ħoloq id-djalogu bejn il-fidi Nisranija u r-raÄ¡uni. Fl-enÄ‹iklika tiegħu Fides et Ratio il-Papa Ä wanni Pawlu II kellu dan xi jgħid dwaru:

​

Hemm riservat post speÄ‹jali għal San Tumas f’din il-mixja twila, mhux biss minħabba dak li kien hemm fit-tagħlim tiegħu, imma wkoll minħabba d-djalogu li għaraf jagħmel mat-tagħlim Għarbi u Lhudi ta’ żmienu. F’dak iż-żmien li fih l-istudjużi Nsara kienu qed jiskopru t-teżori tal-filosofija antika, l-aktar tal-filosofija ta’ Aristotele, San Tumas kiseb mertu kbir meta wera l-armonija li hemm bejn ir-raÄ¡uni u l-fidi. Id-dawl, kemm tal-fidi u kemm tar-raÄ¡uni, Ä¡ejjin mingħand Alla, jargumenta San Tumas, mela ma jistgħux ikunu kontra xulxin.

San Tumas b’mod l-aktar radikali għaraf li n-natura, l-oÄ¡Ä¡ett proprju tal-filosofija, tista’ tgħin biex wieħed jifhem ir-Rivelazzjoni ta’ Alla. Il-fidi għalhekk ma tibżax mir-raÄ¡uni imma tfittixha u tafda fiha. Kif il-grazzja tibni fuq in-natura u twassalha għall-perfezzjoni, hekk il-fidi ssostni r-raÄ¡uni u twassalha għall-perfezzjoni…[18]

​

           

Dan id-djalogu li l-Ordni dejjem ħadu bħala sfida u inÄ‹entiv għall-missjoni tal-predikazzjoni llum kulma jmur qiegħed isir aktar urÄ¡enti. San Tumas kellu jiÄ¡Ä¡ieled gwerra fuq żewÄ¡ fronti. Ried iħares il-libertà għall-istudju ta’ filosfi pagani li daħlu fl-Ewropa permezz ta’ filosfi infidili bħal Averroe. Min-naħa l-oħra ried ukoll jiddefendi d-duttrina tal-Knisja minn dawk li nqdew ħażin b’dawn il-filosfi.

​

Il-missjoni u s-sistema tat-tagħlim

Sa mit-twaqqif tiegħu l-Ordni għaraf il-ħtieÄ¡a ta’ mgħallmin tajba biex dawn isawru predikaturi tajbin. Dan il-ħsieb joħroÄ¡ Ä‹ar fil-ħajja u fit-tagħlim ta’ San Tumas t’Aquino. Għad-diskors inawgurali tiegħu bħala mgħallem fit-teoloÄ¡ija fl-Università ta’ PariÄ¡i f’Mejju 1256 San Tumas għażel silta mis-Salm 104:

 

Rigans montes de superioribus tuis 
et de fructu operum tuorum satiabitur terra.

(Ps. 104:13)[19]

​

           

L-argument ta’ San Tumas, imnebbaħ mill-principju ta’ Pseudo-Dionisju kien dan: Bħalma x-xita mis-sema tinżel fuq il-muntanji u tifforma xmajjar li jsaqqu l-art bil-għatx u jagħmluha għammiela biex tnibbet u tagħti l-frott, hekk ukoll Alla jsawwab l-għerf divin tiegħu fuq il-poplu permezz tal-imgħallmin.

 

Dawn l-imgħallmin huma mqabbla mal-muntanji għal tliet raġunijiet:

  1. Il-muntanji huma fl-għoli u s-sebħ tagħhom idawwal u joffri kenn mill-ħsara. Hekk ukoll l-imgħallmin jinqatgħu mill-ħwejjeġ tad-dinja u jfittxu biss il-ħwejjeġ tas-sema.

  2. Il-muntanji huma l-ewwel li jiddawlu bir-raÄ¡Ä¡i tax-xemx. Hekk ukoll l-imgħallmin fl-Iskrittura huma l-ewwel li jiddawlu għax għandhom sehem mill-għerf ta’ Alla.

  3. Il-muntanji jagħtu l-ħarsien lill-widien. Hekk ukoll l-imgħallmin iħarsu l-fidi minn kull għelt.

 

Għaldaqstant l-imgħallmin għandhom ikunu ’l fuq mill-oħrajn fil-ħajja u fl-għemil tagħhom biex idawlu lill-fidili bil-predikazzjoni tagħhom, lill-istudenti bit-tagħlim tagħhom, kif ukoll jiddefendu l-fidi bl-argumenti tagħhom biex ixejnu kull għelt. Dwar dawn it-tliet ħidmiet ta’ predikazzjoni tagħlim u argumentazzjoni jitħaddet it-test tal-Ittra lil Titu: “biex ikun jista’ jqawwi qalb l-oħrajn bid-duttrina sħiħa u jegħleb lil min imieri” (Tit. 1:9)

           

Dawk li jisimgħu mill-imgħallmin, imbagħad huma mqabbla mal-art li tissaqqa mix-xmajjar, u dan għal tliet raÄ¡unijiet ukoll: Għaliex l-art qiegħda fil-baxx, għaliex hija soda, u għaliex hija għammiela. Għaldaqstant, min jisma’:

  1. għandu jkun umli huwa u jilqa’ d-duttrina mqaddsa;

  2. għandu jkun sod f’li jagħraf it-tajjeb mill-ħażin;

  3. għandu jagħmel il-frott biex, huwa u jisma’ sew, ikattar b’għemilu dak li jkun sama’.

 

Għal dak li għandu x’jaqsam mal-komunikazzjoni, imbagħad, hemm tliet punti li wieħed għandu jÄ¡ib quddiem għajnejh:

  1. Bħalma l-imgħallem ma jistax jagħraf l-għerf kollu ta’ Alla, l-istess m’għandux jikkomunika lis-semmiegħa dak kollu li jaf.

  2. Alla biss għandu dan l-għerf min-natura tiegħu nnifsu; l-imgħallmin għandhom sehem kbir minnu, imma mhux sehem sħiħ. Is-semmiegħa, min-naħa tagħhom, għandhom dak is-sehem li huwa biżżejjed għalihom biex jagħmlu l-frott. Għaldaqstant, l-għerf li jingħata mhuwiex ġej mill-imgħallmin bħalma l-ewwel frott tal-art mhuwiex ġej mill-muntanji, imma minn Alla li hu fuq kollox u fuq kulħadd.

  3. Il-qawwa tal-komunikazzjoni tinsab l-ewwel u qabel kollox għand Alla u wara għand l-imgħallmin. Dawn tal-aħħar mhuma xejn għajr ministri tal-għerf. Imma biex dawn ikunu tabilħaqq ministri tal-għerf huma jeħtieÄ¡u jiżżejnu b’erba’ kwalitajiet: l-innoÄ‹enza, it-tagħlim, il-ħeÄ¡Ä¡a, u l-ubbidjenza.

​

Għalkemm ħadd minnu nnifsu m’għandu l-ħila għal dan il-ministeru, huwa jittama li din tiÄ¡i mingħand Alla: “Il-ħila tagħna Ä¡ejja mingħand Alla” (2 Kor 3:5). Għalhekk l-imgħallem għandu jitlobha mingħand Alla: “Jekk xi ħadd minnkom jonqsu l-għerf, għandu jitlob lil Alla, li jagħti lil kulħadd b’id miftuħa u bla ma jÄ‹anfar lil ħadd, u jagħtihulu.” (Ä ak 1:5).

 

F’dan id-diskors San Tumas kien qiegħed jinkarna l-ideal ta’ San Duminku li kien iħares lejn it-tagħlim u l-istudju bħala l-mezz ewlieni li jwassal għal predikazzjoni effettiva. Huwa fisser dan l-ideal permezz tal-frażi contemplari, et contemplata aliis tradere.[20]

​

Għalhekk, biex ikollok predikaturi tajbin jeħtieÄ¡ li jkun hemm imgħallmin tajbin. Dan ma jgħoddx biss għat-tagħlim fl-università imma saħansitra fl-istess kunventi. Is-snin ta’ wara l-mewt ta’ San Duminku raw żviluppi kbar ta’ kif kellu jkun organizzat it-tagħlim tal-istudenti u tal-komunitajiet. Dan wassal, fost ħwejjeÄ¡ oħra, għat-twaqqif tal-iskola konventwali taħt it-tmexxija tal-lettur konventwali. Permezz tagħha l-lettur kien ifassal programm propedewtiku Ä‹Ä‹entrat fuq l-istudju tal-Iskrittura, tal-Historia scholastica ta’ Pietru Komestor (li kienet gwida għall-istorja biblika), u s-Sentenzi ta’ Pietru Lombardo. Il-qari u l-istudju tat-test bibliku kellu jwassal biex wieħed jagħraf l-ewwel u qabel kollox is-sens storiku tiegħu, u dan kellu jservi biex wieħed jifhem l-istruttura tar-rakkont kif ukoll is-sens letterali tiegħu. Dan il-metodu kellu mbagħad iwassal biex l-Aħwa Predikaturi fil-formazzjoni (sew għas-saÄ‹erdozju u sew permanenti) jaslu għas-sens spiritwali, sew jekk hu ta’ tip allegoriku u sew jekk hu ta’ tip morali (jew anagoÄ¡iku). Hawnhekk jidħol is-sehem tat-tagħlim teoloÄ¡iku.

​

Flimkien ma’ dawn il-lezzjonijiet kien hemm ukoll id-drawwa tad-Disputatio. L-eżerÄ‹izzju tad-disputi ma kienx wieħed barrani għall-Ordni. Fuq kollox San Duminku nnifsu għamel użu minnhom kemm-il darba fil-laqgħat tiegħu mal-eretiÄ‹i fin-nofsinhar ta’ Franza. DiÄ¡à l-ewwel Kostituzzjonijiet tal-Ordni mfassla fl-1220 jitħaddtu dwar Disputationes u magħhom dubitationes u quaestiones, u dawn issaħħu permezz tar-Ratio studiorum imfassal minn Sant’Albert il-Kbir, San Tumas t’Aquino, Bonhomme tal-Bretanja u Florenzju ta’ Hesdin u maħruÄ¡ mill-Kapitlu Ä enerali tal-1259. Permezz ta’ dan l-eżerÄ‹izzju l-Aħwa Predikaturi fil-formazzjoni setgħu mhux biss inisslu għeruq b’saħħithom fit-tifsir tad-duttrina Nisranija imma wkoll ikunu kapaÄ‹i jgħarbluha u jiddefenduha. Dan kollu kien ifisser li kull kunvent kien mitlub li jkollu bibljoteka li tkun adattata għal dawn il-ħtiÄ¡ijiet.

 

Kien hemm ukoll lezzjonijiet fit-teoloÄ¡ija msejħa prattika jew applikata. Mhuwiex biżżejjed li l-predikatur ikun jaf id-differenza bejn tagħlim ortodoss u tagħlim li mhuwiex imma kien jeħtieÄ¡lu jkun jaf kif jippritkaha u japplikaha b’mod speÄ‹jali fis-sagrament tal-qrar. Fil-bidu tas-seklu erbatax bdew jintbagħtu fil-kunventi ewlenin tal-Ordni, l-hekk imsejħa praedicatores in conventu. Dawn kienu responsabbli għat-tagħlim tat-teorija tal-predikazzjoni kif ukoll kienu jippritkaw pubblikament fil-knisja konventwali. Għal dawn il-prietki kienu mistennija jattendu l-Aħwa fil-formazzjoni.

Fl-aħħar ta’ min isemmi l-hekk imsejħa Studia Linguarum. Dawn l-iskejjel tal-ilsna twaqqfu l-ewwel u qabel kollox bħala skejjel ta’ taħriÄ¡ għal dawk l-Aħwa li kienu qegħdin iħejju ruħhom biex imorru f’artijiet tal-missjoni. Wieħed kien isibhom f’dawk il-provinÄ‹ji li t-territorji tagħhom kienu fuq il-fruntiera ta’ pajjiżi li kienu għadhom ma’ ħaddnux il-fidi Nisranija Kattolika u li l-popli tagħhom kienu jitħaddtu b’ilsna mhumiex magħrufa fl-Ewropa ta’ dak iż-żmien. Fost dawn il-pajjiżi ta’ min isemmi l-Balkani, l-Afrika ta’ Fuq u Spanja (li kien għad għandha ħafna Musulmani fost il-popolazzjoni tagħha). Fl-1250 il-Kapitlu ProvinÄ‹jali ta’ Spanja ħejja pjanijiet biex jitwaqqaf kunvent fl-Afrika ta’ Fuq, u biex dan il-proÄ¡ett jirnexxi, kien jeħtieÄ¡ l-istudju tal-Għarbi. Dan sar ukoll b’ordni tal-Majjistru ta’ dak iż-żmien Ä wanni ta’ Wildeshausen (magħruf ukoll bħala Ä wanni t-Tewtoniku). Fost dawk li ħarÄ¡u minn din l-iskola ta’ min isemmi lil Ramon Martìn, l-awtur ta’ manwal bl-isem ta’ Pugio fidei. Dumnikan ieħor magħruf bħala l-fundatur ta’ kunvent u skola tal-Għarbi f’Tunes kif ukoll ieħor tal-Ebrajk f’Murcia huwa San Rajmond ta’ Peñafort. San Rajmond kellu f’moħħu mhux biss it-tixjin tal-ereżiji imma wkoll l-evanÄ¡elizzazzjoni tal-Lhud u tal-Musulmani. Imma dak li tabilħaqq mexxa dan il-proÄ‹ess tat-twaqqif ta’ skejjel tal-ilsna kien il-Beatu Umbertu ta’ Romans. F’ittra enÄ‹iklika li bagħat lill-Ordni mill-Kapitlu Ä enerali Ä‹Ä‹elebrat f’Milan fl-1255 huwa jagħmel din l-istqarrija:

​

Nitkellem magħkom fi mħabbitkom u ngħidilkom li minn mindu nħtart biex immexxi l-Ordni ħassejt ħafna xewqat jitnisslu f’qalbi. Waħda minnhom, li mhix l-iÄ‹ken fosthom, hija dik li, bis-saħħa tal-ministeru tal-Ordni tagħna, l-Insara mifruda jerÄ¡għu jidħlu fl-għaqda tal-Knisja, u li isem Sidna Ä esù Kristu jitwassal lil-Lhud, lill-Misilmin, lill-pagani, lill-barbri u l-Ä¡nus kollha, biex inkunu xhieda tiegħu għas-salvazzjoni ta’ kulħadd sa truf l-art…

Xi ħadd fostkom għandu mnejn jitnebbaħ mill-grazzja u jħoss ruħu lest biex, jekk is-superjur ikun iridu, jistudja l-Għarbi, l-Ebrajk, il-Grieg, jew ilsien ieħor li ’l quddiem jista’ jiswielu ta’ għajnuna fil-ħidma għas-salvazzjoni…[21]

 

It-talba mħeÄ¡Ä¡a tiegħu sabet tweÄ¡iba li kienet tmur lil hinn minn dak li kien jittama. Kien minħabba f’hekk li bosta Aħwa marru jippritkaw fil-Prussja u fil-Ä orÄ¡a, fost il-Kumani u t-Tartari, kif ukoll issieħbu fil-provinÄ‹ji tal-GreÄ‹ja u tal-Art Imqaddsa.

 

L-istudju u l-missjoni tal-Ordni llum

Illum is-soÄ‹jetà tagħna wkoll għaddejja minn taqtigħa. Din id-darba hija waħda bejn fundamentaliżmu reliÄ¡już u fundamentaliżmu sekularista.

Il-fundamentaliżmu reliÄ¡już joffri biss Ä‹ertezzi foloz; jistqarr li għandu t-tweÄ¡ibiet Ä‹erti għall-problemi kollha li jeżistu; ma jaÄ‹Ä‹ettax interpretazzjoni dinamika tal-Iskrittura li tqiegħed lill-qarrej fi kriżi; mhemmx lok għal dibattitu u nuqqas ta’ qbil u lanqas għal kreattività; il-ħajja morali hi magħmula biss minn preÄ‹etti “li mhumiex għajr preÄ‹etti tal-bnedmin”.[22] Il-fundamentaliżmu reliÄ¡już ma jħallix lok għal mistoqsijet l-aktar bażiÄ‹i dwar il-ħajja u dwar il-qagħda tal-bniedem.

Il-fundamentaliżmu sekularista, min-naħa l-oħra, iħares lejn ir-reliÄ¡jon bħala sintomu tal-injoranza; ma jaÄ‹Ä‹ettax is-sehem tar-reliÄ¡jon fis-soÄ‹jetà; ma jħallix okkażjoni tgħaddi li ma jwaqqax għaż-żufjett dak kollu li l-bniedem reliÄ¡już iqis bħala qaddis; huwa jesponi għar-redikolu t-twemmin reliÄ¡już biex jeqirdu għal kollox. Huwa jqis lil dawk li jippritkaw ir-reliÄ¡jon tagħhom bħala bnedmin superstizzjużi, moħħhom magħluq, neqsin mid-dehen u mir-raÄ¡uni.

 

Dawn iż-żewÄ¡ fundamentaliżmi huma indikazzjoni taż-żewÄ¡ flaÄ¡elli ta’ żmienna: l-injoranza u l-medjokrità. L-għajn tagħhom hija l-biża’ mill-verità; ir-riżultat tagħhom huwa l-intolleranza.

Timothy Radcliffe,[23] fl-ittra tiegħu lill-Ordni bl-isem ta’ The Wellspring of Hope[24] jislet ħafna riflessjonijiet dwar il-ħtieÄ¡a tal-istudju u l-applikazzjoni tiegħu fil-ħajja Dumnikana llum.

L-istudju huwa sfida biex noħorÄ¡u mill-ingassa tal-esperjenza. Ħafna huma dawk (xi kultant issibhom ukoll fil-komunitajiet tagħna) li jħarsu bl-ikrah lejn l-istudju; jidentifikawh mal-indottrinazzjoni. L-istudju għandu jeħlisna min-nassa ta’ tweÄ¡ibiet faÄ‹li u ta’ Ä‹ertezzi umani.

 

L-istudju huwa tiftix għall-verità. L-għeruq tiegħu jinsabu fil-mistoqsijiet l-aktar profondi li joħorÄ¡u mill-moħħ u mill-qalb tal-bniedem. Hekk beda San Tumas meta, bħala oblat Benedittin f’Montecassino, staqsa lis-surmast tiegħu: “Min hu Alla?” L-istudju għandu jwassalna biex nagħrfu li t-tiftix għall-verità hu kawża nobbli, għax hu wara kollox tiftix bla waqfien biex nidħlu fil-qalba tal-misteru ta’ Kristu. L-aqwa għalliem mhuwiex dak jimlilek rasek bil-fatti, imma huwa dak li jqanqal fik il-ħeÄ¡Ä¡a biex tfittex.

​

L-istudju huwa att ta’ fidi. Dejjem hemm ir-riskju li niżbaljaw fir-riflessjoni tagħna. Anki t-tfal, qabel ma jitgħallmu jimxu, jaqgħu kemm-il darba. Dan m’għandux ibeżżagħna, imma għandu jqawwilna qalbna li dak li sejħilna biex infittxuh huwa l-istess wieħed li ta’ sikwit jgħidilna “qum, aqbad friexek u imxi”.[25]

 

L-istudju hu att ta’ mħabba lejn Alla u lejn il-bniedem. Din hi t-tifsira tal-frażi contemplari, et contemplata aliis tradere. San Pawl innifsu jistqarr: “Jien irÄ‹evejt mingħand il-Mulej it-tagħlim li għaddejt lilkom”.[26] F’dan il-kuntest Radcliffe isejjaħ l-istudju saħansitra “att ewkaristiku” għax tkun qiegħed tilqa’ d-don mingħand Alla u tagħaddih lill-oħrajn.[27]

 

L-istudju huwa wkoll att ta’ tama. Ifisser il-fiduÄ‹ja li ħajjitna u t-tbatijiet tal-poplu għandhom tifsira. U din it-tifsira taslilna bħala don, bħala kelma ta’ tama li twegħedna l-ħajja. F’dinja li warrbet ir-raÄ¡uni biex ħaddnet l-emozzjoni (anki bil-Malti ngħidu “jien inħoss”!!), l-istudju għalina bħala predikaturi għandu jittieħed bħala intrapriża komunitarja fit-tiftix għall-verità.

 

San Duminku, li “kulma kien jitgħallem bil-ħeffa ta’ dehnu kien isaqqih bi mħabba qaddisa”,[28] jissokta jmexxina f’din il-ħidma qaddisa tagħna biex insaħħu l-ministeru li tħalla f’idejna.

​

[1] Ara Beatu Ä ordan ta’ Sassonja, op.cit., n. 3

[2] B. Ä ordan ta’ Sassonja, L-Ewwel Å»minijiet ta’ l-Ordni tal-Predikaturi (Traduzzjoni u noti ta’ Val. V. Barbara), Pubblikazzjonijiet Dumnikani, Malta 1991, n. 44.

[3] Atti tal-45 Kapitlu ProvinÄ‹jali tal-ProvinÄ‹ja ta’ San Piju V tal-Ordni tal-Predikaturi (22 ta’ Mejju-12 ta’ Ä unju 2009), Malta 2009, p. 39, n. 108.

[4] Santu Wistin, It-Tagħlim Nisrani (De doctrina christiana), trad. Valent V. Barbara, Provinċja Agostinjana, Malta 2004, It-Tielet Ktieb, p. 144, 37.56.

[5] Ara l-bolla Religiosam vitam tal-Papa Onorju III maħruÄ¡a fit-22 ta’ DiÄ‹embru 1216 li permezz tagħha l-Ordni tagħna kien approvat.

[6] Ara 1 Tim 1:10; 2 Tim 1:13.

[7] Ara 1 Tim 4:6.

[8] Ara 1 Tim 6:3.

[9] Beatu Ä ordan ta’ Sassonja, op. cit., nn. 6-7.

[10] Xhieda ta’ Fra Ä wann ta’ Spanja, ProÄ‹ess tal-Kanonizzazzjoni f’Bologna, n. 29.

[11] Vitae Fratrum ta’ Ä erard Frachet, O.P., maqlub għall-Malti minn Valentin V. Barbara, O.P., Malta 1968, it-Tieni Taqsima, Kapitlu 25, n. 88.

[12] “[Studentes] in libris gentilium et philosophorum non studeant, etsi ad horam inspiciant. Seculares scientias non addiscant, nec etiam artes quas liberales vocant, sed tantum libros theologicos tam iuvenes quam alii legant.” Constitutiones antiquae, I.28, p. 361.

[13] Ara Decretum, 37.1.1.

[14] Constitutiones antiquae, I.28, p. 361. Kif emendata l-kostituzzjoni issa kienet tinqara hekk: “Seculares scientias non addiscant nec etiam artes quas liberals vocant – nisi aliquando circa aliquos magister ordinis vel capitulum generale voluerit aliter dispensare – sed tantum libros theologicos tam iuvenes quam alii legant”.

[15] Ara Rolandu ta’ Cremona, Postilla in Job.

[16] Ara l-ittri tal-Beatu Ä ordan ta’ Sassonja lill-Beata Djana d’Andalò, b’mod partikulari dik li Ä¡Ä¡ib id-data Lulju-Awwissu 1223 (ms. n. XX), dik miktuba wara l-Għid 1224 (ms. n. XL), u dik miktuba f’Jannar 1230 (ms. n. XVI, Aron 32). F’din tal-aħħar il-Beatu Ä ordan iqabbel id-dħul ta’ tant nies mill-ħajja akkademika ma’ qabda tajba ta’ ħut.

[17] Ä erard Frachet O.P., op. cit., p84f., n. 153.

[18] Ġwanni Pawlu II, Fides et ratio, trad. Bulettin tal-Arċidjoċesi u Liturġija tal-Kelma, Randan 1999, n. 100, n. 43, p. 248f.

[19] Litt. Hekk kif issaqqi l-muntanji mill-imħażen għolja tiegħek/ tixba’ l-art bil-frott ta’ għemilek. It-test oriÄ¡inali bil-Latin hu meħud mill-Vulgata li kienet il-verżjoni uffiÄ‹Ä‹jali tal-Knisja.

[20] Ara Summa Theologica, IIa IIae, q. 188 art. 6,  corp.

[21] Ara Proprju tal-Ordni tal-Predikaturi: Liturġija tas-Sigħat, Provinċja Dumnikana Maltija, Malta 1988, p. 266f.

[22] Ara Mk. 7:7; Is. 29:13.

[23] Majjistru tal-Ordni mill-1992 sal-2010.

[24] Timothy Radcliffe, “The Wellspring of Hope: Study and the Annunciation of the Good News” meħuda minn To Praise, To Bless, to Preach: Words of Grace and Truth, Dominican Publications, Dublin 2004, pp. 349-374.

[25] Ä w. 5:8.

[26] 1 Kor. 11:23.

[27] Radcliffe, op. cit., p. 355.

[28] Ä ordan ta’ Sassonja, op. cit., n. 7.

L-Istudju: About Us
bottom of page