B'radd il-ħajr lil Alla nħabbru l-professjoni solenni ta' Fra Antoine Gauci tal-Provinċja Dumnikana Maltija.
Il-professjoni solenni hija l-wegħda tal-kunsilli evanġeliċi tal-ubbidjenza, il-faqar u l-kastità għal ħajtek kollha.
Dawn il-kunsilli, jew 'voti' (wegħdiet) jissejħu 'Evanġeliċi' għaliex permezz tagħhom il-kandidat b'mod ħieles iwiegħed li jgħix ħajtu f'xebh mill-aktar radikali ma' Kristu, kif insibuh fl-Evanġelju, fqir, kast u ubbidjenti.
Għalhekk, permezz tal-professjoni reliġjuża, il-kandidat joffri lilu nnifsu f'offerta ta' mħabba lil Alla u lill-Knisja.
Filwaqt li nitolbu għalih sabiex il-Mulej iwettaq il-vokazzjoni tiegħu sat-tmiem, nitolbu wkoll għal aktar vokazzjonijiet Dumnikani.
Comments