top of page

Maestro di Cappella Ġdid għall-Cappella Bugeja

Writer: Editor
Editor
51 minutes ago
1 min read

Wara sejħa pubblika, il-ġurija, magħmula minn tliet mużiċisti professjonali u żewġ rappreżentanti tal-Provinċja Dumnikana Maltija, għażlet lis-Sur Mauro Farrugia bħala l-maestro di cappella tal-Cappella Bugeja.


Il-proċess ta’ għażla kellu żewġ fażijiet. Fl-ewwel fażi saret evaluazzjoni biex tiġi jiġu evalwati d-19-il applikazzjoni li daħlu. Fit-tieni fażi sar interview ta’ 15-il minuta mad-9 finalisti magħżula.


Mauro Farrugia huwa kompożitur, surmast, orkestratur, edukatur u eżekutur Malti distint, li l-esperjenza artistika tiegħu tinkludi t-tradizzjonijiet tal-mużika klassika, korali, kontemporanja u da camera. Farrugia żviluppa karriera multidimensjonali li ġġib flimkien il-kompożizzjoni, l-interpretazzjoni mużikali, l-edukazzjoni mużikali u d-direzzjoni artistika, kemm f’Malta kif ukoll fuq livell internazzjonali. Huwa għandu Baċċellerat fl-Arti b’Unuri Summa cum Laude fil-Kompożizzjoni Mużikali mill-Università ta’ Malta. Matul l-aħħar sena tal-istudji tiegħu fil-livell ta’ baċċellerat, huwa kompla jespandi l-perspettiva artistika tiegħu billi speċjalizza fil-Mużika Kontemporanja tal-Mediterran fil-Conservatorio Antonio Scontrino fi Trapani, Sqallija. Fl-2012, huwa kiseb Postgraduate Certificate fl-Edukazzjoni (P.G.C.E.) bi speċjalizzazzjoni fil-Pedagoġija tal-Mużika mill-Università ta’ Malta.


Nawguraw lil Mauro u lit-tim maniġerjali l-ġdid tal-Cappella Bugeja kull suċċess.

 
 
 

Comments


Post: Blog2_Post
bottom of page