top of page
  • Writer's pictureP. Constantine Mamo

L-aħħar quddiesa ta' Mons. Frendo fil-Parroċċa San Duminku ġewwa Durrës


L-Arċisqof Frendo maż-żgħażagħ tal-Parroċċa San Duminku f'Durrës

Nhar il-Ħadd, 23 ta’ Jannar, Mons. Arċisqof Emeritu Ġorġ Frendo OP ġie jqaddes għall-aħħar darba fil-Parroċċa San Duminku ġo Durrës qabel ma jirritorna Malta. Kienet ix-xewqa tiegħu li jsellem lill-ħafna parroċċani li jafuh sa minn meta nfetħet il-missjoni tagħna hawn u fejn ħadem għal ħafna snin qabel ma ġie maħtur isqof. Kif qal hu:

Jiena dejjem ħabbejt lill-Albanija u lill-Albaniżi u mingħandhom irċevejt ħafna mħabba, forsi aktar milli kien jistħoqqli. Nirringrazzja lil dan il-poplu albaniż. Jiddispjaċini li se nħalli l-Albanija, iżda jidhirli li hu xieraq li ngħadd l-aħħar snin ta’ ħajti f’pajjiżi.

U żied jgħid: “Ejjew nimpenjaw irwieħna biex nibnu pajjiż aħjar. Il-politika tista’ tbiddel u ttejjeb l-istrutturi, iżda hi l-fiduċja li tista’ twassal fejn il-politika ma tasalx”. Il-quddiesa kienet dik normali tal-Ħadd u bdiet bl-intronizzazzjoni tal-Bibbja, billi kien il-Ħadd tal-Kelma t’Alla. Li ma kienx tas-soltu kienet il-kwantità kbira ta’ nies li riedu jsellmu lill-Arċisqof personalment u jirringrazzjawh għal dak kollu li kien għamel magħhom, u r-ritratti li ħadu miegħu biex ikunulhom ta’ tifkira. Naturalment, l-atmosfera kienet emozzjonali ħafna.










126 views0 comments
Post: Blog2_Post
bottom of page