top of page

Imħabbra s-Sena Skolastika ġdida għall-Kulleġġ San Albert il-Kbir



F’dawn l-aħħar ġimgħat, minkejja l-almu kollu tal-amministrazzjoni tal-Kulleġġ, ġie mġarrab dewmien fil-preparazzjoni għall-ftuħ tas-sena skolastika minħabba li l-amministrazzjoni tal-Kulleġġ ma kellhiex aċċess għal xi informazzjoni importanti. Grazzi għal diversi sforzi komuni, matul dawn l-aħħar sigħat ir-Rettur flimkien mal-Kap il-ġid tal-Iskola Sekondarja rnexxieluhom ilestu t-timetable għal din is-sena, u issa fadal biss l-aħħar preparamenti.


F’dan id-dawl, l-amministrazzjoni tal-iskola f’kollaborazzjoni mas-Segretarjat għall-Edukazzjoni Kattolika, u l-Quality Assurance Department (QAD) fi ħdan il-Ministeru tal-Edukazzjoni qed imexxu l-ftuħ tal-Iskola Sekondarja għal nhar l-Erbgħa 28 ta’ Settembru 2022.


Intant, minħabba li t-tħejjijiet għall-ftuħ tal-Iskola Primarja ilhom għaddejjin għal xi żmien f'kollaborazzjoni mar-Rettur u Acting-Head tal-Primarja, bi pjaċir inħabbru li l-Iskola Primarja ser tiftaħ l-bibien tagħha għall-istudenti nhar it-Tlieta 27 ta’ Settembru 2022, kif ippjanat.


L-istudenti jibqgħu l-prijorità ewlenija tagħna, filwaqt li nġeddu l-impenn tagħna biex nagħmlu dak kollu possibbli għall-qadi ta' dmirijietna lejn kull membru tal-komunità tagħna.

1,594 views0 comments
Post: Blog2_Post
bottom of page