top of page
  • Writer's pictureEditor

Tnedija ta’ Ktieb mill-Kulleġġ San Albert il-Kbir – Baqbaq u Xplaħħ



Il-Professur impulsiv u eċċentriku Baqbaq jibda ħbiberija ma’ Xplaħħ, ħlejqa extra terrestri b’interess kbir fil-pjaneta tagħna. Waqt li kien qed jipprova jibni portal biex iġib lil Xplaħħ fid-Dinja tagħna, il-professur aċċidentalment trasforma ruħu f'Widnet il-Baħar u ħalla lil Xplaħħ fuq il-pjaneta tiegħu tant ‘il bogħod.

Dan huwa l-prologu għall-ktieb il-ġdid imniedi mill-Kulleġġ San Albert Il-Kbir bħala parti mill-proġett iffinanzjat mill-Kunsill Malti għall-Arti li saret it-tnedija tiegħu nhar il-Ġimgħa 15 ta’ Novembru. Preżenti għal din it-tnedija kien hemm ir-Rettur tal-Kulleġġ u l-Kap tal-Iskola Primarja P. Aaron Zahra OP u l-Assistent Kap is-Sur Steve Tabone u rappreżentatni mill-Kunsill Malti għall-Arti.


Matul is-sena skolastika 2022 -2023, Pupazzi kienu il-mistiedna speċjali waqt lezzjonijiet dinamiċi. Hawnhekk, l-artist Sean Briffa ngħaqad mal-għalliema biex jigwidaw lill-istudenti fi vjaġġ impenjattiv. Dan il-proġett għandu għal qalbu l-lingwa Maltija u b’mod crosskurrikulari, l-istudenti daħlu iżjed fil-fond tal-lingwa speċjalment f’kunċetti bħal: sillabi, kuluri, nomi u aġġettivi. Saħansitra huma ngħataw iċ-ċans jittraduċu l-għarfien ġdid tagħhom f’espressjonijiet artistiċi bħal kanzunetti u żfin minsuġa fil-prestazzjoni finali tagħhom fuq il-palk tal-istess Kulleġġ ta’ San Albert il-Kbir.


Permezz tal-imaġinazzjoni tal-istudenti żgħar tal-ewwel u t-tieni sena tal-Kulleġġ, dan il-progett jagħlaq is-separju tiegħu b’pubblikazzjoni ta’ ktieb ikkulurit u interattiv, fejn xi membri tal-istaff ikkollaboraw b’mod volontarju. L-Artist Sean Briffa flimkien mal-Kooridnatur u Lay Chaplain tal-Kulleġġ Carlo Fenech taw ħajja lil Baqbaq u lil Xplaħħ, filwaqt li Daniela Schembri, l-għalliema tat-tieni sena addatat l-istorja għall-ktieb. L-għalliema komplementari Marilyn Fenech u l-Assistent Kap għall-Iskola Medja Christina Sammut ħadu ħsieb il-qari tal-provi. L-illustrazjonijiet vibranti ta’ dan il ktieb ħa ħsiebhom ukoll, Carlo Fenech.




Post: Blog2_Post
bottom of page