top of page
  • Writer's pictureDominican Communications

Dikjarazzjoni mill-Bord tal-Kulleġġ u r-Rettur ta' San Albert il-Kbir

Updated: Apr 12, 2023



Il-Bord tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir u r-Rettur jiċħdu kategorikament l-allegazzjonijiet infondati li bħalissa qed jiċċirkolaw pubblikament u li dehru fuq ċertu mezzi tal-xandir, jiġifieri li s-Sur Mario Mallia tkeċċa minħabba kwistjonijiet dwar policies tal-inklużjoni. Tali terminazzjoni tal-impjieg hija riżultat ta’ diversi kwistjonijiet maniġerjali u proċedurali li ilhom jinġemgħu, u li b’dispjaċir baqgħu ma ġewx risolti.


Għal bosta snin l-istess Provinċja Dumnikana Maltija sostniet finanzjarjament u b’diversi modi oħra l-operat tal-Kulleġġ, u dan anke fiż-żmien meta s-Sur Mallia kien surmast. Sa mit-twaqqif tiegħu 74 sena ilu, il-Kulleġġ kien diġà joffri edukazzjoni lil studenti minn kull oqsma tal-ħajja. Għal żmien twil il-Provinċja rat li tassisti familji u studenti li ma kellhomx mezzi biex iwettqu l-edukazzjoni ta’ wliedhom. Il-Bord tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir dejjem kellu għal qalbu kull policy li ttejjeb il-ħajja tal-istudenti, tal-familji u tal-edukaturi kollha, inklużi policies ta’ inklussività li dejjem ħaddnet u li ser timbotta ’il quddiem fis-snin li ġejjin bl-istess viżjoni u perseveranza. Aħna nħossuna marbutin bi dmir, u l-Board jibqa’ kommess għall-għan ewlieni tiegħu li jiżgura l-edukazzjoni u l-benesseri ħolistiku ta’ kull persuna afdata lilu.


Fid-dawl ta’ dan, il-Bord tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir iħoss li mhuwiex opportun li jiddiskuti fil-pubbliku dawn il-ħwejjeġ. Huwa lest li jagħmel dan fil-fora xierqa meta jkun il-waqt.


Mingħajr preġudizzju għad-drittijiet mogħtija bil-liġi.

2,651 views0 comments
Post: Blog2_Post
bottom of page