top of page
  • Writer's pictureDominican Communications

Reflections on Justice and Peace

Updated: Apr 12, 2023

Il-ktieb Reflections on Justice and Peace jiġbor fih primarjament siltiet magħżula mill-Atti tal-Kapitli Ġenerali tal-Ordni tagħna (minn dak li sar fi Quezon City 1977 sa dak li sar fi Biên Hòa 2019) rigward il-ħidma fil-qasam tal-ġustizzja u paċi. Bħala kummissjoni qbilna li niġbru wkoll xi artikli li jakkumpanjaw dawn is-siltiet biex jgħinu lill-qarrej ipoġġi f’kuntest l-imsemmija siltiet. Fost dawn nsibu artiklu mill-Majjistru tal-Ordni, Fra Franġisku Timonier III, fuq il-predikazzjoni tal-ġustizzja u l-paċi, artiklu dwar il-kuntest kulturali u soċjali li fih żviluppaw dawn is-siltiet tal-Atti bħala tweġiba profetika għar-realta’ soċjo-ekonomika li qed ngħixu fiha, kif ukoll artiklu dwar l-ispiritwalita’ Dumnikana fil-qasam tal-ġustizzja u paċi. Kien xieraq ukoll li jkollna artiklu minn Fra Michael Deeb, li kien għadu kif spiċċa l-mandat tiegħu bħala promotur ġenerali tal-ġustizzja u paċi fl-Ordni, fejn qasam magħna l-esperjenza tiegħu. Il-ħsieb wara din l-inizjattiva huwa li nuru fid-dieher dan it-teżor li l-Ordni Dumnikan żviluppa matul dawn l-aħħar għexieren tas-snin. Aħna persważi li kull min għandu għal qalbu l-Aħbar it-Tajba u l-Predikazzjoni tal-Evanġelu, żgur li se jsib dan il-materjal t’għajnuna għalih u ta’ ispirazzjoni għal ħajja Nisranija awtentika, fejn il-Kelma t’Alla tiġi inkarnata fir-realta’ tal-ħajja soċjali li ninsabu fiha.


Editur: P. Ivan Attard OP

Publikazzjonijiet Dumnikani 2021



Post: Blog2_Post
bottom of page