top of page
  • Writer's pictureEditor

Ordinazzjoni Djakonali

Updated: Apr 12, 2023


Fra Ian Zammit OP


Il-Provinċja Dumnikana Maltija b'ferħ tħabbar l-Ordinazzjoni Djakonali ta' Fra Ian Zammit. Fra Ian twieled il-Pietà fil-11 t’Ottubru 1979. Ġie mgħammed fil-Parrocca ta’ San Bastjan, Ħal Qormi. Għal diversi snin huwa kien membru tas-Soċjetà tad-Duttrina Nisranija MUSEUM, fejn jistqarr li tgħallem ħafna kwalitajiet u valuri li, flimkien mat-trobbija u l-valuri li rċieva mid-dar, sawwru dak li hu llum.


Fi tfulitu huwa attenda l-iskola primarja f’Ħal Qormi, u mbagħad il-Kulleġġ Mount Carmel immexxi mill-Karmelitani. Wara li kiseb l-ezamijiet fil-Livell Ordinarju, attenda l-Higher Secondary in-Naxxar, u wara beda l-ewwel kors B.A Theology (Hons) fejn ggradwa fl-2007. Fl-2011 huwa għamel PGCE biex ikun jista' jgħallem ir-Reliġjon. Maż-żmien għallem f’diversi skejjel primarji, li minnhom jistqarr illi kiseb diversi esperjenzi u tgħalimiet sbieħ, fosthom li wieħed għandu jaħdem f’teamwork. Fl-2015 ggradwa b’Master of Arts fit-teoloġija u mill-2019 sal-2021 huwa għamel il-kors Master in Theology bħala tħejjija għas-saċerdozju.


Fl-2017 huwa rċieva l-abitu Dumnikani, u għadda s-sena tan-novizzjat fil-Kunvent ta' Sidtna Marija tal-Għar, ir-Rabat. Fl-2018 huwa għamel il-wegħda tal-Kunsilli Evangeliċi tal-Ubbidejenza, Faqar u Kastità għal tliet snin fil-Professjoni Sempliċi. Bejn l-2018 u l-2019 huwa għamel esperjenza ġewwa Bologna fejn wettaq ukoll xi studju fil-Filosofija. Huwa jgħid li din ukoll kienet esperjenza li għenitu jkompli jikber u jimmatura, filwaqt li wrietu viżjoni iktar wiesgħa tal-Ordni tal-Predikaturi. Fl-14 ta’ Settembru Fra Ian għamel il-Professjoni Solenni fejn wegħed, jgħix l-Ubbidjenza, l-Faqar u l-Kastità sal-mewt.


Fra Zammit sejjer jirċievi l-Ordinazzjoni tad-Djakonat nhar is-Sibt 30 t’April 2022 fid-9:30am minn Monsinjur Arċisqof Charles J. Scicluna fil-Kon-Kattidral ta’ San Ġwann, il-Belt Valletta.

.

165 views0 comments
Post: Blog2_Post
bottom of page