Il-Promoturi Dumnikani Ewropej tal-Ġustizzja u Paċi jitkellmu fuq is-sitwazzjoni f'Gaza
- Editor
- 6 days ago
- 1 min read

Bejn l-1 u l-5 ta’ Ġunju 2025, il-Promoturi tal-Ġustizzja u l-Paċi tal-Ordni tal-Predikaturi fl-Ewropa ltaqgħu fi Vjenna, fejn iddiskutew kwistjonijiet relatati mal-ġustizzja, il-paċi u d-dinjità umana. Ħarġu żewġ dikjarazzjonijiet: waħda dwar il-migrazzjoni fl-Ewropa u oħra dwar il-kriżi f’Gaża.
Dwar il-migrazzjoni, enfasizzaw li hija kwistjoni umana aktar milli politika jew ekonomika, u wrew tħassib dwar l-isfruttament tal-migranti u t-theddid lid-dritt għall-ażil. Huma appellaw għal politiki li jirrispettaw id-dinjità ta’ kull persuna u li jinkludu l-vuċi tal-migranti fid-deċiżjonijiet li jolqtuhom.

Dwar Gaża, rrikonoxxew il-kumplessità tal-kunflitt u sejħu għal waqfien immedjat tal-ġlied, għajnuna umanitarja u djalogu bħala mezz ta’ paċi. Sostnew il-ħtieġa għal inizjattivi ta’ rikonċiljazzjoni u koperazzjoni minn kulħadd għal strateġija ta’ paċi fit-tul.
Comments