ID-DUMNIKANI F'MALTA

 
17177499588_ce4a3ea353_o.jpg

1473

Twaqqif tal-Ewwel Dar

L-ewwel dar tal-Ordni tal-Predikaturi f'Malta twaqqfet ġewwa r-Rabat u kienet iddedikata lill-Madonna tal-Għar. Din id-dar ġiet dikjarata bħala Kunvent mill-Kapitlu Ġenerali tal-Ordni f'Basle.

48  Il-Knisja u l-Kunvent ta' 'llum.jpg

1528

Twaqqif tal-Ewwel dar barra l-ħitan tal-Imdina

Peress li l-kummerċ madwar il-Port il-Kbir kien dejjem jikber, il-Patrijiet Dumnikani waqqfu l-ewwel dar 'l hinn mill-ħitan tal-Imdina ġewwa l-Birgu. Tlett snin wara, fl-1530, bil-miġja tal-Kavallieri, il-Birgu saret ċentru mill-akar importanti u strateġiku fil-gżira Maltija. Fl-1536 il-Dar tal-Birgu twaqqfet bħala Kunvent formali. Fit-tieni gwerra dinija, il-Kunvent u l-Knisja ġġarfu kompletament u reġgħu nbnew mill-ġdid.

100501490_866368517204279_4857759551107104768_n.jpg__nc_cat=107&ccb=1-5&_nc_sid=0debeb&_nc

1569

Twaqqif tal-Kunvent u l-Ewwel Parroċċa tal-Belt Valletta

Meta l-Kavallieri bdew jibnu l-Belt il-ġdida fuq l-Għolja Xiberras, id-Dumnikani tal-Birgu wara li kienu jassistu spiritwalment lill-ħaddiema, marru jwaqqfu Dar fil-Belt Valletta taħt it-titlu tal-Madonna ta' Portu Salvu. Fl-1571, b'digriet tal-Papa Piju V, il-knisja tal-Portu Salvu saret parroċċa għall-poplu kollu tal-Belt Valletta. Fl-1612 din il-fondazzjoni twaqqfet uffiċjalment bħala Kunvent.  Nhar il-25 ta' Marzu 1816, il-Knisja tal-Portu Salvu ġiet mgħollija għad-dinjità ta' Bażilika Minuri.

WEB3-St-Domenic-Priory-Courtyard-and-Church-Courtesy-of-ViewingMalta-copy.jpg_w=960&crop=1

1816-1838

Lejn Awtonomija

Fl-1816 it-tlett Kunvent Maltin ġew magħquda biex jiffurmaw il-Kongregazzjoni San Piju V. Fl-1838 imbagħad il-Kongregazzjoni saret Provinċja taħt il-patroċinju tal-Papa Dumnikan, li kien benefattur kbira tal-gżejjer tagħna

212693655_334065814969645_3144020199907661587_n.jpg__nc_cat=108&ccb=1-5&_nc_sid=730e14&_nc

1909

Twaqqif ta' Dar f'Tas-Sliema

Fl-1909 twaqqfet Dar f'Tas-Sliema ddedikata lil Ġesù Nazzarenu. Fl-1973 il-Knisja tan-Nazzarenu saret parroċċa

271777380_1728798593988961_6146900167843616514_n.jpg__nc_cat=108&ccb=1-5&_nc_sid=e3f864&_n

1945

Twaqqif ta' Dar fi Gwardamanġa

Fl-1945 twaqqfet Dar fi Gwardamanġa taħt it-titlu devot ta' Sidtna Marija tar-Rużarju ta' Fatima. Fl-1968 il-knisja ta' Fatima saret parroċċa.

302637_1786782049431_1833548549_n.jpg__nc_cat=107&ccb=1-5&_nc_sid=2c4854&_nc_ohc=IcsSWjuT_

1961

Twaqqif tal-Missjoni fil-Brażil

Fl-1961 id-Dumnikani Maltin waqqfu l-Vigarjat ta' San Martin de Porres fil-Brażil, li aktar tard ingħaqdet mal-Provinċja ta' Fra Bartilmew de Las Casas.

11947614_1116278241734906_4290217629036011736_n.jpg__nc_cat=102&ccb=1-5&_nc_sid=09cbfe&_nc

1996

Twaqqif tal-Missjoni fl-Albanija

Fl-1996, ftit qabel faqqgħet il-gwerra ċivili fl-Albanija, id-Dumnikani Maltin bdew missjoni ġdida fl-art tal-Kumani. Huma waqqfu l-ewwel dar tagħhom f'Sukth, biex imbagħad fis-sena 2000 bnew dar oħra f'Durrës, fejn ġew afdat b'parroċċa ddediakta lil San Duminku