top of page
  • Writer's pictureEditor

Professjoni f'Durrës



Fil‑21 ta’ Settembru, il‑provinċjal, P. Vince Micallef, waqt il‑quddiesa ta’ filgħaxija fil‑parroċċa ta’ San Ġorġ Martri, Lagje Mirdita, Durrës, laqa’ l‑professjoni sempliċi ta’ Fra Domenico Maria Kasneci. Kienu preżenti ż‑żewġ missjunarji tagħna, P. Bernard Caruana, kappillan tal‑parroċċa San Duminku, Durrës, u P. Geoffrey Bugeja, kappillan tal‑parroċċa San Ġorġ Martri, Lagje Mirdita, barra xi saċerdoti oħra tar‑reġjun, diversi sorijiet ta’ kongregazzjonijiet differenti tad‑Djoċesi, familjari, ħbieb u paruċċani. Il‑knisja kienet mimlija għal din l‑okkażjoni li għal ħafna, speċjalment il‑lajċi, kienet ċelebrazzjoni speċjali u li qatt ma kellhom opportunità jieħdu sehem fiha.




13 views0 comments

Comments


Post: Blog2_Post
bottom of page