• Editor

Merħba Ferrieħa għall-Istudenti tal-Primarja tal-Kulleġġ San Albert il-Kbir


Dalgħodu l-għalliema tal-iskola Primarja fi ħdan il-Kulleġġ San Albert il-Kbir ħejjew laqgħa mill-isbaħ għall-istudenti ċkejknin li llum reġgħu lura għas-sena skolastika.


Wara s-sikta tas-sajf, il-kurituri tal-Kulleġġ reġgħu sebħu għall-għajjat u l-ilħna ferrieħa tat-tfal eċitati li ser jerġgħu jiltaqgħu ma' sħabhom u mal-għalliema tagħhom. Biex jagħtuhom merħba kien hemm ukoll karattri ferrieħa li komplew iżidu l-atmosfera ta' ferħ. Għal dawn il-kostumi l-membri tal-istaff taw donazzjoni lil Puttinu Cares.


Nawguraw lill-istudenti li llum bdew is-sena skolastika, u nistennew bil-ħerqa r-ritorn tal-istudenti tas-Sekondarja għada!




650 views0 comments