top of page
  • Writer's pictureEditor

Grazzji Speċjali għall-Festi ta' San Tumas t'Akwinu

Updated: Apr 12, 2023



Mit-28 ta' Jannar mill-2023 sat-28 ta' Jannar 2025 seru jiġu ċċelebrati f'ġublew tripplu: il-kanonizzazzjoni, il-mewt, u t-twelid ta' San Tumas t'Akwinu.


Għal din l-okkażjoni, il-Penitenzerija Appostolika kkonċediet Indulġenza Plenarja "lil dawk il-fidili mħejjija sewwa li jiċċelebraw l-Ewkaristija organizzata mill-Familja Dumnikana fil-knejjes u l-iskejjel tal-Ordni Dumnikan fl-okkażjoni tal-ġublew tal-kanonizzazzjoni u l-mewt ta' San Tumas t'Akwinu (mit-28 ta' Jannar 2023 sat-28 ta' Jannar 2025), kif ukoll lil dawk il-fidili li jagħmlu pellegrinaġġi għall-knejjes, santwarji, u oratorji ddedikati lilu."



X'inhi indulġenza plenarja?

“L-indulġenza hi l-maħfra quddiem Alla tal-piena taż-żmien li kienet tistħoqq minħabba dnubiet li tagħhom ġa tħassret il-ħtija. Maħfra li n-nisrani b’dispożizzjoni tajba jikseb taħt ċerti kundizzjonijiet determinati, permezz tal-ħidma tal-Knisja li, bħala dispensatriċi tal-fidwa, tqassam u tapplika bl-awtorità tagħha t-teżor tal-merti ta’ Kristu u tal-qaddisin” (Mill-Katekiżmu tal-Knisja Kattolika, par. 1072).


L-indulġenza plenarja tfisser li persuna tkun meħlusa mit-tpattija tad-dnubiet tagħha.

Għalhekk, huwa meħtieġ li biex tintrebaħ l-Indulġenza, il-persuna li tirċeviha tkun fi stat ta’ grazzja, jiġifieri li

  1. Il-persuna tkun tassew niedma minn dnubietha b’tali mod li tkun maqtugħa mid-dnub, anke venjali, b’intenzjoni li ma terġax tidneb;

  2. Il-persuna titlob skont l-intenzjoni tal-Papa (ngħidu aħna billi titlob it-talba tal-Missierna u s-Sliema);

  3. Il-persuna tkun qerret u tqarbnet waqt il-quddiesa għall-inqas ħmistax-il jum jew qabel jew wara li tkun intrebħet l-indulġenza.



150 views0 comments

Comments


Post: Blog2_Post
bottom of page